Għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, Fatih Terim ħalla l-kariga ta’ kowċ nazzjonali tat-Turkija, din id-darba minħabba raġunijiet li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ futbol. Aktar kmieni dan ix-xahar, Terim kien involut fi ġlieda ma’ sid ta’ restaurant li jinsab fil-belt ta’ Alacati.
Minn dakinhar ‘ l hawn Terim issemma ħafna drabi fil-midja u jidher li hu kien qed iħossu taħt pressjoni kbira tant li wasal biex jinforma lill-Federazzjoni tal-Futbol fit-Turkija li mhux se jibqa’ jmexxi lit-tim nazzjonali.
Fil-passat Terim kien mexxa lit-tim nazzjonali Tork bejn l-1993 u l-1996, l-2005 u l-2009 u l-aħħar darba li mexxa lil dan it-tim kien lura fl-2013.
Bħalissa t-Turkija qegħdin fit-tielet post fil-grupp rispettiv tagħhom fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018. It-tim rebaħ biss tliet partiti u ddiżappunta fil-wirjiet tiegħu.
Min se jieħu post Terim se jibda bil-logħba kontra l-Ukrajna fit-2 ta’ Settembru.
//= $special ?>