Qorti

Ħati li abbuża minn martu wara li esperimenta bil-pornografija

Minn fuq is-saqqu tad-dar jispiċċa fuq is-saqqu tal-ħabs

Raġel anzjan li ilu miżewweġ 42 sena spiċċa l-ħabs meta nstab ħati illi abbuża mill-mara tiegħu stess meta wettaq atti umiljanti fuq il-persuna tagħha. Il-każ seħħ ilbieraħ bil-lejl meta r-raġel ta’ 71 sena sforza lil martu tara films pornografiċi waqt li beda jdaħħlilha oġġetti fil-parti tagħha. Il-vittma għandha 68 sena.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, bl-akkużat jitkaxkar fil-Qorti liebes bermuna, sandli u t-shirt.

Il-Maġistrat sema’ kif l-anzjana, li hija omm ta’ żewġt itfal, ġiet abbużata minn żewġha stess f’atti umiljanti. Meta l-anzjana, fl-aħħar, irnexxielha taħrab minn żewġha, hi ħarġet tiġri fit-triq bla ħwejjeġ. U kien f’dan il-ħin illi bdiet tgħajjat għall-għajnuna.

Il-Maġistrat Mifsud qal illi l-Qorti m’għandiex turi tolleranza lejn każi ta’ vjolenza domestika. Minn naħa tiegħu, ir-raġel ammetta l-ħtija.

Hu ingħata sentenza effettiva ta’ sena ħabs, u enfasizza li l-mara m’għandha qatt tiġi trattata bħala tapit. Fil-fatt, fil-Qorti ħareġ ċar illi din l-anzjana kienet ilha tissaporti l-biża’ mir-raġel tagħha.

Il-Qorti ordnat ukoll illi r-raġel jirċievi kura, filwaqt illi l-vittma ingħatat ordni ta’ protezzjoni.

Malli nqrat is-sentenza, l-anzjan talab lill-Maġistrat biex jinħasel qabel imur il-ħabs. B’Joe Mifsud iwieġeb illi se jkollu ċ-ċans biex jieħu shower, fil-ħabs stess.