Lokali

Il-Front Ħarsien ODZ se jibqgħu jopponu l-iżvilupp fiż-Żonqor

Iż-Żonqor - wieħed miż-żewġ siti tal-Universita' Amerikana

Il-Front Ħarsien ODZ se jibqgħu jopponu l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-proġett ta’ kampus tal-università fiż-Żonqor.

Fi stqarrija l-Front qalu li l-proġett xorta għadu jikser il-policies tal-ippjanar inklu’ il-pjan lokali li jidentifika ż-żona bħala waħda li tifforma parti minn park nazzjonali. Il-Front appella lill-gvern biex jinkludi ż-żona identfikata għall-parkeġġ massiv, is-sala għall-istudenti u ż-żona għall-faċiliatjiet sportivi fil-Park tal-Inwadar għax ma jagħmilx sens li din iż-żona issir żona ta’ kostruzzjoni.

Il-Front sostna li l-pjan lokali ukoll jidentifika din iż-żona bħala waħda ta’ park nazzjonali u li tintuża għal skopijiet ma’ mixi u ċikliżmu biex b’hekk ikun hemm apprezzament għall-aspetti ekoloġiċi, ġeoloġiċi u arkeoloġiċi li hemm fiha. Il-priorità fiż-żona għandha tingħata għall-konservazzjoni, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tijib taspetti naturali.

Il-Front Ħarsien ODZ qal li l-proġett se jiddisturba l-ekoloġija taż-żona ta’ protezzjoni speċjali li hemm ħdejh. Bl-iskop li idn iż-żona tkun konservata, il-Front se jkompli jipaprteċipa fi-proċess tal-ippjanar u se jkompli jimmobilizza lill-pubbliku kif għamel sentejn ilu fl-akabr protesta ambjentali li saret f’Malta fl-aħħar snin.