Matul dan il-lejl tħabbret il-mewt tal-ġurnalist veteran Alex Vella. Għal diversi snin, Vella rraporta f’dettall diversi sport differenti fosthom il-futbol Malti, il-kampjonati tal-waterpolo kif ukoll l-għawm għal ġurnal The Times u sas-Sibt li għadda, kien għadu qed jirraporta l-Waterpolo mill-Pixxina Nazzjonali.
Vella kellu karriera fl-edukazzjoni u mill-1980 beda bħala ġurnalist sportiv. Hu ħadem ukoll bħala Media Officer tal-MFA u fl-aħħar snin kien ukoll responsabbli mill-kitbiet u publikazzjonijiet lokali u internazzjonali tal-MFA.
Għal xi żmien kien ukoll kontributur ma’ Radio 101 fis-settur tal-Waterpolo. Meqjus bħala espert ta’ dan l-isport, Alex Vella żgur se jħalli vojt fil-Pixxina Nazzjonali. L-Għaqda Ġurnalisti Sports fi stqarrija sellmet lil Vella.
Media.link communications toffri l-kondoljanzi lill-familja ta’ Alex f’dan il-mument diffiċli.
//= $special ?>

