“Irridu naħdmu biex inġibu lura d-demokrazija” saħaq il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’post fuq Facebook.
Hu kien qed jitkellem b’reazzjoni għall-aħbar li l-Qorti laqgħet it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, jitpoġġew taħt investigazzjoni kriminali.
L-investigazzjoni kriminali se tkun dwar il-Panama Papers u jekk il-fatt li Konrad Mizzi u Keith Schembri fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama biex fihom jitfgħu il-commissions jammontax għal ħasil ta’ flus.
Fuq Facebook, il-kandidat għall-Kap Adrian Delia qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien kostrett jagħmel ix-xogħol tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija u żied li għaldaqstant irridu naħdmu biex inġibu lura d-demokrazija. Temm jiddikkjara appoġġ mingħajr ebda kundizzjoni lil Simon Busuttil f’dan il-mument.
//= $special ?>