Id-Deputat Ivan Bartolo qed “jirkupra tajjeb”. Fi tweet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li żar lil Ivan Bartolo l-isptar, fejn id-Deputat qed jirkupra tajjeb u bi spirtu pożittiv.
Ivan Bartolo dalgħodu għamel intervent mediku li permezz tiegħu ta kilwa b’donazzjoni lil xi ħadd li ma jafx. (Dettalji aktar ‘l isfel).
Just visited our dear colleague @i_bartolo at hospital where he is recovering well after the op and is in very high spirits. @PNmalta https://t.co/nt5Y1L1doh
— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) July 26, 2017
Aktar kmieni
Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo dalgħodu se jkun qed jgħaddi minn intervent mediku bl-iskop li jagħti kilwa lil xi ħadd li ma jafx.
Fuq Facebook, numru kbir ta’ persuni mhux biss faħħru l-kuraġġ ta’ Ivan Bartolo, iżda appellaw għat-talb biex dan l-intervent mediku jgħaddi b’wiċċ il-ġid.
Oħrajn faħħru l-ġest karitattiv, nobbli u imprezzabbli li qed jagħmel id-Deputat Ivan Bartolo u rringrazzjawh tal-eżempju tiegħu.
Fost dawk li kitbu dwar l-operazzjoni li se jagħmel Ivan Bartolo hemm kollegi ta’ Ivan Bartolo fil-Parlament.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fi tweet awgura lil Ivan Bartolo għal dan il-ġest nobbli.
L-Ispeaker jawgura lill-Ivan Bartolo għall-ġest nobbli tiegħu
Fi stqarrija l-Ispeaker Anġlu Farrugia, f’ismu u f’isem il-Membri Parlamentari kollha, feraħ lill-Membru Parlamentari Ivan Bartolo għall-ġest nobbli u altruista li ddeċieda li jagħmel bid-donazzjoni ta’ kilwa.
Filwaqt li jawguralu li l-intervent mediku jkun suċċess, l-Ispeaker Farrugia jixtieqlu fejqan ta’ malajr u kompleta li tippermettilu li jkompli jaqdi d-doveri tiegħu fil-Kamra tad-Deputati hekk kif il-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’ wara s-Sajf.
//= $special ?>