Mara tqila u tarbija kienu fost it-13-il immigrant li nstabu mejta ġo dinghi madwar 25 kilometru fit-tramuntana tal-port ta’ Sabratha mal-kosta Libjana mill-grupp Spanjol ta’ salvataġġ, Proactiva Open Arms. Fortunament, dan il-grupp salva 167 immigrant tul din l-operazzjoni, b’madwar 120 kienu rġiel, 40 mara u 6 itfal.
F’ każ separat, l-NGO Save the Children salvat 90 immigranti abbort dgħajsa żgħira fil-Mediterran. Iż-żewġ ħidmiet ta’ salvataġġ kienu kkoordinati mill-gwardja tal-kosta Taljana.
//= $special ?>

