Internazzjonali

Karozzi tal-petrol u diesel ipprojbiti fil-Gran Brittanja mill-2040

Il-Ministru tal-Ambjent Brittaniku, Michael Gove, għadu kif ħabbar li l-Gran Brittanja se tipprojbixxi ix-xiri ta’ karozzi ġodda diesel u petrol mill-2040. Din il-miżura tifforma parti minn pjan li se jneħħi dawn il-karozzi kollha fi żmien għaxar snin mill-projbizzjoni fix-xiri, liema projbizzjoni kienet parti mill-manifesti elettorali tal-Partit Konservattiv.

F’qasir żmien, il-Gvern se joffri 200 miljun sterlina lill-awtoritajiet lokali fi skemi li jrażżnu l-aċċess ta’ karozzi diesel f’toroq mniġġsa. Ftit ġimgħat ilu, il-Gvern Franċiż ħabbar pjan simili ukoll.