Tul il-ġimgħat tas-sajf iċ-Cisk Lager, għaddejja b’kampanja pubblika fil-bajjiet favur ix-xorb b’responsabbiltà bil-ħsieb li toħloq aktar kuxjenza fost il-konsumaturi fuq ix-xorb tal-birra b’mod infurmat u responsabbli.
It-tim ta’ BeerWatch, Your Lifeguards for Responsible Fun se jkun qed jaqsam ideat utli mal-konsumaturi taċ-Cisk fil-bajjiet popolari ta’ Malta permezz ta’ flyer b’fatti relatati mal-birra u x-xorb b’mod responsabbli.
Is-Sur Karl Bondin, il-Beers Brand Manager ta’ Simonds Farsons Cisk plc, spjega li “Permezz ta’ din l-inizjattiva se nħeġġu lill-konsumaturi tagħna jixorbu l-birra b’mod responsabbli. Il-kampanja BeerWatch, Your Lifeguards for Responsible Fun hija waħda innovattiva, bl-għan li teduka u żżid il-kuxjenza favur ir-responsabbiltà fix-xorb. Eċċitati ħafna mir-reazzjoni pożittiva li kellna s’issa u nħarsu ’l quddiem li tul il-kampanja ngħaddu l-messaġġ lil kemm nistgħu nies.” Din l-inizjattiva hi appoġġjata b’mod sħiħ mill-Malta Sense Group.
//= $special ?>

