Mużika

Lisbona se tospita t-63 festival tal-Eurovision

L-Awtorità tax-Xandir Ewropea (EBU) u l-RTP (Rádio e Televisão de Portugal) ħabru li l-belt magħżula biex tospita t-63 Eurovision Song Contest tal-2018 hija l-Belt Kapitali tal-Portugall Lisbona.

Is-semi finali tal-Eurovision Song Contest se jitella’ fil-ġranet tat-8 u l-10 ta’ Mejju bil-finali se jkun fit-12 ta’ Mejju.

Il-Portugall qed tospita dan il-kunċert wara li Salvador Sobral rebaħ dan il-festival b’758 punt bil-kanzunetta “Amar Pelos Dois”. Din il-kanzunetta inkitbet minn oħtu Luisa. Din hija l-ewwel darba li il-Eurovision Song Contest se jiġi mtella’ fil-Portugall.

Lisbona hija waħda mill-eqdem bliet fl-Ewropa, tħares fuq l-Oċejan Atlantiku b’populazzjoni ta’ madwar 2.7 miljun persuna.