Lokali

Minn pass bogħod mill-mewt għas-suċċessi ma’ Kalkara F.C. – l-istorja ta’ Trevor Thomas

Tliet snin ilu Trevor Thomas kien qed jittieħed b’emerġenza lejn l-Isptar Mater Dei u kien biss ftit minuti bogħod milli jitlef ħajtu.

Kundizzjoni medika li wasslet lil Trevor Thomas biex iħalli l-futbol milgħub li tant kien għal qalbu. Iżda Thomas kien determinat li l-avventura tiegħu fil-futbol ma kinitx lesta – immedjatament beda jaħdem sakemm spiċċa parti mit-tim tekniku ta’ Kalkara F.C.

Flimkien ma’ grupp ta’ ħbieb u plejers li kellhom sfida personali li jagħtu risposta lil min forsi ddubitahom, Trevor u Kalkara impressjonaw lil kulħadd. Din hi l-istorja ta’ determinazzjoni ta’ Trevor Thomas.