In-Nazzjon jirrapporta l-aħħar żviluppi dwar is-sitwazzjoni ta’ disperazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, bit-titlu ewlieni tal-ġurnal: ‘Il-Ħabs f’morsa’. Joe Mikallef jirrapporta dak li għaddejin minnu l-priġunieri, il-familjari tagħhom u dwar il-problema kbira tad-droga sintetika li fil-ħabs hi waħda qawwija ħafna.
Stejjer oħrajn jittrattaw l-iżviluppi fl-Inkjesta Maġisterjali dwar Egrant, rapporti dwar il-kampanja għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, u l-appell tal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa, lill-Viċi President tal-Parlament Ewropew biex il-Kummissjoni Ewropea tipproteġi l-liġijiet f’Malta quddiem il-korruzzjoni tal-Gvern.
Fil-paġni tal-opinjonijiet ta’ In-Nazzjon, illum hemm l-analiżi politika ta’ David Casa, Carm Mifsud Bonnici u Justin Schembri.
//= $special ?>