Lokali

Omm tixhed kif rat lil binha jaqla’ daqqiet tal-mewt b’sikkina

Omm Brandon Pace, iż-żagħżugħ li inqatel wara argument fil-Ħamrun, xehedet dwar it-trawma li għaddiet minnha meta rat lil ninha jinqatel quddiemha.

Lisa Pace kienet imbikkma meta xehdet quddiem il-qorti u qalet li l-aħħar kliem li qallha binha qabel miet kienu: ‘Ma inħobbok’. Hi xehdet fil-kumpilazzjoni kontra Kurt Grech ta’ 23 sena u missieru Joseph Grech li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Brandon Pace fit-2 ta’ April fi Triq Giovanni Barbara fil-Ħamrun.

L-omm xehdet li dakinhar tal-qtil binha kien kellimha fuq kwistjonijiet personali u spjegat kif meta marret id-dar rat lil binha fil-gallarija mat-tifel ta’ Jessica Bilocca. Biliocca u l-akkużat Kurt Grech kellhhom tifel flimkien.
Hi qalet lil Brandon biex jieħu lit-tifel sal-bandli u semgħet lil Jessica Bilocca tgħajjat meta kienet qed titkellem f’argument sħun fuq il-mobile mal-ġenituri ta’ Grech.

L-omm kompliet li Jessica qaltilha li l-fmailja tal-akkużat kienu waslu quddiem il-bieb. Hi marret fil-gallarija u rat liż-żewġ akkużat barra. F’dan il-mument Brandon ma kien jaf x’kien qed jiġri għax kien qed jinħasel. Ftit wara hi rat lil Brandon iħalli l-appartament b’sikkina f’idejh. Kurt u Brandon bdew jiġru wara xulxin; Brandon żelaq f’nofs it-triq u Kurt qabeż fuqu b’sikkina u tah daqqtejn biha.

L-omm kompliet li hi marret iġġib lasta ta’ xkupa biex tagħti lil Kurt Grech biex iħalli lil binha. Donna Pace, oħt Brandon waslet fuq il-post u għenet lill-omm tpoġġi lil Brandon viċin il-bieb. F’daqqa waħda missier Kurt ġie viċin u ta żewġ daqqiet ta’ sikkina lil Kurt f’dahru. L-omm kompliet li wara li qala’ d-daqqiet hi ħarset lejn missier Kurt u qatlu ‘int qtiltu’ waqt li Grech qallha b’leħen iebes ‘ħallih imut’