Sport Sport Ieħor

Pieter Bregman isejjaħ l-iskwadra Maltija għall-Euro Hockey Nations III

It-tim nazzjonali Malti tal-Hockey

Il-kowċ nazzjonali tal-hockey Pieter Bregman sejjaħ it-tim li bih se jilgħab fil-Kampjonat tal-Euro Hockey Nations III li se jsiru fi Sveti Ivan Zelina fil-Kroazja. It-tim Malti ilu għaddej bil-preparazzjoni għal dawn l-aħħar tmien xhur u se jipprova jtejjeb il-pożizzjoni ta’ sentejn ilu, meta dakinhar fil-Litwanja, Malta kienet spiċċat fir-raba’ post.

Il-pajjiżi l-oħra parteċipanti huma l-Italja, is-Slovakkja, il-Belarus, il-Litwanja, it-Turkija u l-pajjiż organizzattiv il-Kroazja. Malta tiftaħ l-impenji tagħha minn Grupp B kontra l-Kroazja l-Ħadd 30 ta’ Lulju. L-aħħar darba li Malta lagħbet kontra l-Kroati kien 18-il sena ilu b’Malta titlef 5-2.

Il-logħba li jmiss tkun it-Tlieta l-1 ta’ Awwissu kontra l-Litwanja, tim li fl-aħħar edizzjoni rebaħ lill-Maltin bi skor baxx u għalhekk din il-logħba hi l-aktar waħda importanti. L-għada, Malta tilgħab l-aħħar logħba fil-grupp kontra wieħed mill-favoriti l-Belarus, fejn dan se jkun l-ewwel konfront kontra xulxin.

Bi preparazzjoni għal dan it-tournament, Bregman li hu eks plejer tal-Olanda, prepara programm iebes. Dan it-tournament mistenni jkun diffiċli għat-tim Malti, u skont ir-riżultati jiġi determinat il-pożizzjoni ta’ klassifikazzjoni. Il-programm sħiħ tat-tournament jista’ jinstab fuq is=sitt www.eurohockey.org/competitions-calendar/

Il-plejers magħżula huma:

Gowlkipers – Ramon Chircop and Emile Borg,
Difensuri – Joseph Cuschieri, Keith Scicluna, Lukas Plaehn, Juan Sarcia, Ryan George
Midfielders – Luke Brincat, Mark Camilleri (captain), Silas Plaehn, Ryan Dalli, Zach Degiovanni,  Keith Calleja
Attakkanti – Thomas Degiovanni, John Williams, Steve Portelli, Shaun Grima

Tags