Tarbija ta’ sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu kienet f’karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa f’Ħaż-Żabbar.
Jirriżulta li għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin ta’ filgħodu, karozza tat-tip Toyota IQ, li fiha kien hemm it-tarbija u li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn Birżebbuġa, għal xi raġuni kienet involuta f’ħabta ma’ karozza tal-linja li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tarbija l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard it-tarbija ġiet iċċertifikata li qes isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>