Xita qliel kkawżat għargħar f’xi żoni fil-Ġermanja. Bosta nies immuntaw xkejjer tar-ramel quddiem djarhom biex jipproteġu lilhom infushom mill-għargħar tax-Xmara Innerste f’Hildesheim. Id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili f’din il-belt fit-tramuntana tal-pajjiż kellha tevakwa 1,000 persuna minn djarhom kawża tat-theddida tal-għargħar.
F’każ separat fir-reġjun fuq il-muntanji ta’ Harz, żewġ linji tal-ferrovija kellhom jingħalqu minħabba l-għargħar u ilmijiet kbar kellhom jiġu ppumpjati minn għadd ta’ kantini kawża għadajjar.
//= $special ?>

