Lokali

Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa’ sular fil-Qala, Għawdex

Traġedja f’Għawdex hekk kif raġel ta 64 sena tilef ħajtu f’inċident sfortunat.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17.10hrs fi Triq l-Imġarr, fil-Qala wara li  waqa’ madwar sular hekk kif ċedew l-balavostri tal-gallarija tar-residenza tiegħu

Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku sabiex jassisti lill-vittma madanakollu r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta, il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet.