Att ieħor xokkanti ta’ moħqrija fuq l-annimali f’Malta. Kienet l-Organizzazzjoni Happy Paws Malta, li fost oħrajn toffri servizzi ta’ ‘neutering’ tal-qtates li jkunu fit-toroq, li skopriet dan il-każ xokkanti u xxandar fuq il-paġna RUBS Puppy Love fuq Facebook.
Fil-fatt, voluntieri tas-soċjeta’ ħadu qattusa biex tissewwa. Kollox kien miexi kif suppost iżda waqt l-intervent kirurġiku, il-veterinarju sabet ċomba fil-ġisem tal-qattusa u ftit wara, ċomba oħra.
Wara li tlestiet l-operazzjoni, ittieħed X-Ray u s-suspetti kienu kkonfermati hekk kif il-qattusa jidher li xi darba qalgħet tir u għandha mat-53 ċomba f’ġisimha. Fil-post, il-voluntieri ta’ Happy Paws qalu li l-qattusa kellha xorti tajba li għadha ħajja għax b’tir bħal dan, setgħet faċilment għamiet jew saħansitra inqatlet kieku xi wħud miċ-ċomb laqtu xi organi vitali.
L-Għaqda irrimarkat li hu ta’ dieqa kbira li atti ta’ moħqrija bħal dan għadhom isiru f’pajjiżna.
//= $special ?>