Lokali

Awwissu se jfisser mewġa oħra ta’ sħana

It-temperatura se terġa' tinħass qrib l-40 grad Celcius

Matul il-ġimgħa d-dieħla mistennija jkollna mewġa oħra ta’ sħana. Dan hekk kif it-temperaturi se jitilgħu b’seba’ gradi.

Skont it-tbassir għall-bidu ta’ Awwissu, it-temperatura se tkun qed tinħass qrib l-40 grad Celcius.

L-Indiċi UV se jkun kostanti fil-livell ta’ 10, filwaqt li r-riħ se jinżel għal Forza 2.