Lokali

Ħiliet Ħielsa – Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann għall-ewwel darba bil-korsijiet ta’ drama

Għall-ewwel sena, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, se jorganizza kors tad-drama mill-għalliema u l-awtriċi Natasha Turner. Turner tikteb u ttella’ żewġ drammi fl-iskola fejn tgħallem.

L-għan prinċipali ta’ dan il-kors se jkun biex jagħti lok u opportunità liż-żgħażagħ biex jiskopru u jisfruttaw il-ħiliet tagħhom, u fl-istess ħin iservi biex jagħmlu ħbieb ġodda u jaħdmu bħala tim.

Il-kors ‘Ħiliet Ħielsa’ se jkun ta’ tnax-il ġimgħa, kull nhar ta’ Sibt mill-10a.m. sa nofsinhar. Il-korsijiet jilħqu l-qofol tagħhom bi dramm oriġinali miktub minn Turner u li se jittella’ mill-applikanti fi żmien il-Milled.

Jista’ japplika kull min għandu minn 14-il sena  jew aktar.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq: 21373777 jew ibagħtu imejl.