Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jiltaqa’ mal-kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap ġdid

Illum waranofsinhar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil iltaqa’ mal-erba’ kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap ġdid fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà.

Filwaqt li awgura lill-kandidati għal din l-elezzjoni, Simon Busuttil qal li huwa qieghed personalment jiżgura li l-elezzjoni tkun wahda ġusta, trasparenti u serja u li tagħti l-istess ċans lill-kandidati kollha.

L-elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali biex jgħaddu żewġ kandidati għall-elezzjoni fil-Konvenzjoni Ġenerali se ssir is-Sibt 2 ta’ Settembru. Jekk ikun hemm bżonn it-tieni rawnd ta’ votazzjoni, dan isir il-Ħadd 3 ta’ Settembru. L-elezzjoni fil-Konvenzjoni Ġenerali ssir is-Sibt 16 ta’ Settembru.