Nesprimi s-solidarjeta’ sħiħa tiegħi u f’dan ukoll ċertament tal-Partit Nazzjonalista kollu kemm hu, mal-kollega Charlot Cassar li safa’ vittma ċara u bla skuża ta’ transfer magħmul lilu minħabba l-involviment tiegħu fi ħdan il-Partit.
Saħaq dan il-kandidat ghall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione f’post fuq Facebook.
Alex Perici Calascione qal li Charlot Cassar illum huwa simbolu ċar tal-istess tbatija u inġustizzja li numru sew ta’ persuni oħra qegħdin ibatu, min fid-deher u min fis-skiet, u li sfaw vittmi tal-istess trattament f’dan iż-żmien qasir mill-Elezzjoni Ġenerali sal-lum.
Il-Partit Nazzjonalista qiegħed hemm u ħa jibqa’ hemm, spalla ma’ spalla ma’ kull min qiegħed ibati dawn l-inġustizzji minn Gvern li – bil-kliem jesprimi għaqda u bl-għemil jiżra’ l-inġustizzja – sew magħhom kif ukoll mal-familji tagħhom.
Alex Perici Calascione temm jgħid li dawn huma każijiet li l-Partit Nazzjonalista ser jagħt każ tagħhom, wieħed wieħed; sejrin nibqgħu insegwu wieħed wieħed u li għad naslu biex issir ġustizzja magħhom wieħed wieħed.
//= $special ?>