L-iżvilupp li seħħ ilbieraħ fil-Qorti li ddikjarat li laqgħet it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Muscat, jitpoġġew taħt investigazzjoni kriminali, ingħata prominenza fil-gazzetta In-Nazzjon, li tippubblika wkoll ir-reazzjoni kemm tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kif ukoll tax-Shadow Minister tal-Ġustizzja, Jason Azzopardi.
Stejjer oħrajn jittrattaw il-ġest li għamel id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, li ta kilwa lil xi ħadd li ma jafx, aħbarijiet mill-Qorti li huma dominati mis-sentenza li ta l-Maġistrat Joe Mifsud lil anzjan li kien kundannat il-ħabs wara li ammetta li abbuża minn martu, u l-opinjoni li ġiet ippubblikata lbieraħ mill-Qorti Ewropea li tiddikjara li Malta mhix tonor l-obbligi skont il-liġi tal-UE dwar l-insib.
Żewġ paġni fil-ġurnal jittrattaw aħbarijiet b’rabta mal-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista li se ssir f’Settembru li ġej.
Fil-paġni tal-opinjonijiet, illum hemm l-analiżi politika ta’ Angelo Micallef u Antonello Cuschieri.
//= $special ?>