Il-Partit Nazzjonalista irid jerġa jkun partit magħqud biex jerġa jsir partit rebbieħ.
Saħaq dan il-kandidat għall-Elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli f’kummenti li għamel fuq is-sit soċjali Facebook.
Frank Portelli qal li l-Partit Nazzjonalista għandu storja glorjuża. Għandu passat li ra rebħiet għall-pajjiż u għalhekk Frank Portelli wiegħed li bih Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jaħdem biex jerġa jġib il-Partit Nazzjonalista bħala partit rebbieħ.
Frank Portelli tenna, li biex isir dan irid ikun elett kap sod li għandu l-esperjenza.
//= $special ?>