Lokali

Raġel bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bis-serkin fil-Qrendi

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel mill-Imqabba kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku hekk kif kien qiegħed isuq serkin.

Il-każ seħħ fis-18.30 fi Triq il-Wied fil-Qrendi, meta seħħ impatt bejn is-serkin li kien qiegħed jinstaq mill-vittma ta’ 33 sena u Ford Transit li kien qed jinstaq minn ragġel ta 45 sena mis-Siġġiewi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tas-serkin l-Isptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Sadanittant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.