Futbol Sport

Villar jirriżenja mill-FIFA u l-UEFA

Angel Maria Villar, il-Kap tal-Federazzjoni tal-futbol fi Spanja, li ġimgħa ilu kien arrestat bħala parti minn investigazzjoni dwar każ’ ta’ korruzzjoni irriżenja mill-karigi ta’ Viċi President tal-UEFA u tal-FIFA.

Villar, li ċaħad l-allegazzjonijiet kollha ġie sospiż sena mill-Federazzjoni Spanjola matul il-ġimgħa li għaddiet u minfloku, temporanjament, hemm Juan Luis Larrea jokkupa l-kariga.

Villar kien ilu 29 sena President tal-Federazzjoni tal-Futbol fi Spanja u kien wieħed minn dawk li tefgħu l-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni Presidenzjali tal-UEFA li saret f’Settembru ta’ sena ilu imma jiem qabel l-elezzjoni rtira din il-