Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vann ‘wieqaf’ f’Ħaż-Żebbuġ

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Belt qed isofri minn feriti gravi wara inċident li seħħ dalgħodu fi Triq Lorenzo Gafa f’Ħaż-Żebbuġ.

Għall-ħabta tad-9.30am, iż-żagħżugħ kien qed iħott xi affarijiet minn vann tat-tip Isuzu meta vann ieħor tat-tip Isuzu, misjuq minn raġel ta’ 61 sena minn Ħal Qormi, għal xi raġuni laqat l-ewwel vann, li kien wieqaf.

Kawża tal-impatt, il-vann wieqaf laqat liż-żagħżugħ. Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku qabel ma ż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.