Lokali

FILMAT: Ikisser magna u jisraq il-flus minnha

Fuq Facebook qed isir appell biex tiġi identifikata l-persuna li serqet flus minn faċilità ta’ carwash fl-Imsida.

Is-serqa seħħet fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa 26 u l-Ħamis 27 ta’ Lulju minn carwash li tinsab fi Triq Testaferrata.

Skont informazzjoni tal-Pulizija insterqet somma flus, li għalkemm mhijiex somma sostanzjali, wasslet ukoll biex saret ħsara lill-magna minn fejn insterqu l-flus.

L-informazzjoni tal-Pulizija tgħid ukoll li skont il-filmati minn kameras tas-sigurtà, is-serqa aktarx seħħet għall-ħabta tas-2 ta’ filgħodu.

Waqt li l-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom, il-pubbliku hu mitlub jgħin billi jidentifika lill-persuna li tidher fil-filmat.