Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis filgħodu fil-pjazza ta’ Buġibba, il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said saħaq li hu dritt ta’ kull Malti u resident f’pajjiżna li jgħix f’Malta bla biża’. Chris Said qal dan fid-dawl li kriminalità li refgħet rasha, l-aktar permezz ta’ kilkek ta’ kriminali barranin, f’Buġibba, San Pawl il-Baħar is-Swieqi, Paceville u San Ġiljan.
Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said ippropona għadd ta’ miżuri li bħala Kap tal-Oppożizzjoni qal li se jmexxi għall-implimentazzjoni, fosthom kunsilli tas-sigurtà fl-ibliet, preżenza akbar tal-pulizija u li jiġu ppubblikati ritratti u jixxandru l-ismijiet ta’ min ikun involut f’dawn iċ-ċrieki ta’ kriminalità.
Dwar il-proposti ta’ Chris Said tkellmu Graziella Galea Sindku ta’ San Pawl il-Baħar; Noel Muscat Sindku tas-Swieqi u Albert Buttigieg Viċi Sindku tal-lokalità ta’ San Ġiljan. Ilkoll tkellmu dwar il-ħtieġa li l-proposti mressqa mill-kandidat għal Kap tal-PN, jidħlu fis-seħħ biex ir-resident, it-turisti u dawk li għandhom negozju fil-lokalitajiet ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar, is-Swieqi, San Ġiljan u Paceville jgħixu u jaħdmu bla biża’.
//= $special ?>