Lokali

Il-FACE issostni li d-deċiżjoni finali tittieħed mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Kaċċa u l-Konservazzjoni (FACE) sostnew li l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Ewropea ma torbotx u d-deċiżjoni finali se tittieħed mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Fi stqarrija b’reazzjoni għall-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Ewropew, li espriema opinjoni kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Malti li jiftaħ l-istaġun tal-insib għall-għasafar tal-għana.

Fi stqarrija l-FACE qalu li d-direttiva dwar l-għasafar għandha tkun ikkunsidrata fil-kuntest tat-tisħiħ tal-popolazzjoni tal-għasafar waqt li tikkunsidra l-ħtiġijiet ekonomiċi u rekreazzjonali. Hu importanti li jkun ikkunsidrati li l-ħtiġijiet kulturali huma fuq l-istess livell tal-ħtiġijiet ekoloġiċi.

Dwar id-derogi, l-FACE qalu li d-derogi huma applikati b’mod ġeneriku fl-iskopijiet territorjali f’ħafna mill-pajjiżi tal-UE. Il-FACE qalu li bla dubju li l-prattiċi tal-kaċċa fl-EWropa huma parti mill-kultura tal-pajjiżi u r-reġjuni li jibqgħu ikunu prtatiċi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Uħud minn danw il-prattiċi huma anki rrikonoxxuti bħala wirt intaġibbli tal-UNESCO.

Tags