Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq twettaq ‘prova oħra ta’ missila’

Il-Korea ta’ Fuq komunista tidher li wettqet prova oħra għal missila, skont ir-rapporti li deħlin mill-Ġappun u l-Korea t’Isfel.

Jidher ukoll li din il-missila niżlet direttament għal ġol-ibħra tal-Ġappun skont ix-xandar ta’ dak l-Istat.

Kmieni dan ix-xahar, il-Korea ta’ Fuq qalet li, għall-ewwel darba, irnexxitilha prova għal missila ballistika interkontinentali, li kienet l-aħħar f’sensiela ta’ provi xprunati mir-reġim fi Pyongyang bi sfida għal projbizzjoni min-Nazzjonijiet Uniti.

F’każ ta’ konferma, il-prova rappurtata ftit tal-ħin ilu għandha tkun l-14 il waħda missilistika min-naħa tal-Korea ta’ Fuq