Charlie Gard, it-tarbija b’marda terminali, li l-każ tiegħu qanqal simpatija kbira fir-Renju Unit u madwar id-dinja, miet ftit tal-ħin ilu.
Charlie, li kellu 11 il-xahar, kien fiċ-ċentru ta’ tilwima legali twila dwar it-trattament tiegħu fejn baqa’ ma siefer qatt lejn l-Istati Uniti biex jgħaddi minn proċess sperimentali bit-tama li jirkupra ftit mill-marda deġenerattiva li affettwatlu moħħu u l-muskolatura ta’ ġismu.
It-traġiku Charlie kien ilu l-aħħar xhur jinżamm fl-Isptar ta’ Great Ormond Street f’Londra u, f’nofs il-ġimgħa, kien ittrasferit lejn hospice fir-Renju Unit biex jitħalla jmut bid-dinjità.
Dan seħħ fuq id-direttiva speċifika ta’ Qorti Għolja fir-Renju Unit u fl-aħħar ħinijiet it-tifel tneħħa minn fuq il-magna li kienet qed iżżommu ħaj ‘skont pjan stabbilit’.
Il-ġenituri ta’ Charlie, Chris Gard u Connie Yates issa ikkonfermaw li ’tilfu lill-maħbub binhom’ li, kieku għex, kellu jagħlaq sena proprju fil-bidu tax-xahar id-dieħel
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-ġenituri ta’ Charlie Gard kienu temmew l-isfida legali biex binhom ikun trasferit lejn l-Istati Uniti għat-trattament sperimentali wara li l-proċess kien iddikjarat bħala ‘mhux aktar vjabbli’.
//= $special ?>