Il-ġurnal In-Nazzjon jiżvela storja dwar investigazzjonijiet li bdiet il-Pulizija dwar għoti ta’ kuntratti ta’ żmien Anton Refalo bħala Ministru għal Għawdex fil-leġiżlatura li għaddiet. Anton Refalo ma kienx appuntat mill-ġdid Ministru għal Għawdex wara l-elezzjoni ta’ Ġunju li għadda, u llum mhux fil-Kabinett ta’ Muscat.
Ritratt fl-ewwel paġna juri l-laqgħa li saret bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-erba’ kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista li se ssir f’Settembru li ġej.
Stejjer oħrajn jittrattaw is-seba’ proposti tal-Partit Nazzjonalista biex il-Parlament jaħdem aħjar, id-deċiżjoni tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri li bl-appell tagħhom għad-deċiżjoni tal-Qorti, li tibda investigazzjoni kriminali, turi r-reżistenza qawwija tagħhom għad-deċiżjoni tal-Qorti.
L-opinjoni ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa ta’ Joe Zahra tanalizza s-sitwazzjoni li tinsab fiha l-Air Malta meta mqabbla mal-linji tal-ajru low cost.
//= $special ?>