Lokali

Jaslu lura l-parteċipanti tal-Lifecycle Challenge 2017

Waslu lura l-parteċipanti tal-Lifecycle Challenge 2017 hekk kif l-isfida ta’ din is-sena twettqet fil-Kenja u t-Tanzanija fejn iċ-ċiklisti saqu minn Nairobi sa Dar El Salaam.

Filwaqt li l-għan ta’ din l-isfida kienet li jinġabru fondi b’risq dawk il-persuni li għandhom problemi fil-kliewi, eluf ta’ ewro li nġabru f’donazzjonijiet mistennija jingħataw lill-Università sabiex tkompli ssaħħaħ ir-riċerka tagħha dwar mard fil-kliewi qalb it-tfal.