Lokali

Jekk se ssuq ta’ min tieħu nota – Tibda tinbena mill-ġdid parti minn Triq Mikiel Anton Vassalli

Transport Malta ħabbret se tibda tibni l-parti ta’ fuq ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli.  Għal ftit metri, t-traffiku minn Reggie Miller li sejjer lejn l-islip road għan-naħa t’isfel ta’ Malta, se jimxi fuq korsija waħda.

Fi stqarrija spjegat li lvetturi li ġejjin minn Triq Reġjonali jew minn Reggie Miller ma jistgħux jibqgħu jaqsmu għal San Ġwann;  iridu jduru fil-junction tal-Iskate Park jew jużaw rotot alternattivi.

Filwaqt li l-junction tal-Kappara tibqa’ sit tal-kostruzzjoni, il-pubbliku huwa mħeġġeġ isuq bil-galbu, u jsegwi s-sinjali u żomm mal-limitu ta’ 30Km fis-siegħa.