Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli qal li hu kontra t-tagħlim tar-reliġjon Iżlamika fl-iskejjel.
F’filmat fuq Facebook, hu qal li l-Imam hu dokumentat li qal li hu jemmen li m’hemm xejn ħażin li taqta’ l-idejn tal-ħallelin.
Żied li ladarba wieħed jgħallem dak li jemmen, it-tagħlim Iżlamiku ma jistax jiġi mgħallem fl-iskejjel għax il-Kostituzzjoni ta’ Malta trid tiġi rispettata.
“Ma nistgħux inħallu lil xi ħadd, anke jekk hu Imam, li jgħallem affarijiet li jmorru kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta u kontra d-drittijiet tal-bniedem. Allura jiena kontra t-tagħlim tar-reliġjon Iżlamika fl-iskejjel tagħna”, qal Frank Portelli.
Frank Portelli qal li hu ma jemminx bil-vjolenza fuq anke min hu kriminal, u temm jgħid li l-Kostituzzjoni trid tkun rispettata.
//= $special ?>