Ftit-tal-ħin ilu ħarġet l-aħbar illi 7 persuni oħra tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jippruvaw jaqsmu bil-baħar mit-Turkija lejn il-Greċja.
Il-vittmi huma żewġ nisa u ħamest itfal, illi kienu fuq dinghy li kien qed ibaħħar mill-kosta Torka, ‘il barra minn Cesme fil-baħar Iġew.
Skont id-dettalji maħruġa dalgħodu mill-Gwardja tal-Kosta Torka, it-traġedja tal-immigranti seħħet tard bil-lejl.
Fuq id-dinghy kien hemm b’kollox 18-il persuna. Minn dawn l-immigranti kien hemm 4 Iraqqini, 3 Somali u 2 Sirjani.
//= $special ?>