L-esperti qed jesprimu allarm dwar l-iskart tal-plastik li qed jakkumula fil-Mediterran. Dan meta r-riċerka qed turi li madwar 3,000 tunnellata ta’ materjal qed iżomm f’wiċċ il-baħar, ‘b’aktar skart qed iżid kull sena’.
Intant, f’din is-sitwazzjoni – u minħabba li l-baħar hu kważi kollu magħluq – il-plastik qed idum hemm għal għexieren ta’ snin.
Intant, mhux talli t-turisti qegħdin jgħumu fl-iskart, iżda l-kreaturi marittimi qegħdin jiżbaljaw dan l-iskart mal-ikel.
Ix-xjenzati mas-Soċjetà għall-Protezzjoni tal-Fkieren fit-Tramuntana ta’ Ċipru huma partikularment preokkupati dwar ‘il-mewġa tal-plastik’ fil-Mediterran.
Dan meta l-analiżi fuq numru ta’ fkieren mejtin qed jidentifikaw biċċiet tal-plastik fl-istonku ta’ dawn il-fkieren.
Il-konservazzjonisti qablu li l-maġġoranza l-kbira tal-fkieren ħodor għandhom il-plastik fis-sistema tagħhom, fost indikazzjonijiet li elementi tal-plastik inġarrew mill-kurrenti tal-baħar ta’ zoni mbegħdin, bħat-Turkija, il-Libanu u l-Afrika ta’ Fuq.
//= $special ?>