Zararti Malta Cultural Association irrapreżentaw lil Malta fil- Blütenring Summer Festival, ġewwa l-Englischen Garten għall-okkażżjoni tal-40 anniversarju tal-Assoċjazzjoni Teatrali Ġermaniża Blütenring.
L-Assoċjazzjoni Maltija tellgħu l-farsa ikonika ‘Arlecchino meets the Barber of Seville’, miktuba minn Narcy Calamatta u tradotta bl-Ingliż b’mod speċjali ghal dan il-Festival organizzat fit-23 ta’ Lulju.
L-organizzaturi tal-avveniment kollha kemm huma kellhom kliem ta’ tifħir għall-wirja li taw il-Maltin u insistew li l-udjenza ipparteċipat kemm felħet tul l-eżibizzjoni kollha.
Jieħdu sehem kien hemm Narcy Calamatta fil-parti ta’ Pantalone, Patrick Tanti fil-parti ta’ Arlecchino, Veronica Mizzi fil-parti ta’ Colombina, James Ryder fil-parti ta’ Lindoro u Svetlana Pandolfino fil-parti ta’ Rosina.
Sadanittant Zararti ħabbru li se jerġgħu jirrapreżentaw lil pajjiżna fl-istess festival is-sena d-dieħla wara li ġew mistiedna mill-organizzaturi.
//= $special ?>

