Il-midfielder Radja Nainggolan xejjen spekulazzjonijiet li seta’ jħalli lil Roma meta ffirma kuntratt ġdid ta’ erba’ snin mal-klabb tal-kapitali Taljana. “Naħseb li urejt li dan hu dak li dejjem xtaqt. Ninsab kuntent ħafna, speċjalment li l-klabb u jien nistgħu nkomplu l-avventura flimkien u nimxu ‘l quddiem,” qal Nainggolan fl-ewwel reazzjoni tiegħu.
Il-Belġjan ingħaqad ma’ Roma f’Jannar tal-2014 u sa issa lagħab 161 logħba u skorja 27 gowl. L-istaġun li għadda, kien probabbli l-aħjar wieħed għal midfielder, b’14-il gowl skorjat fil-kompetizzjonijiet kollha u ntgħażel bħala l-aqwa plejer mill-partitarji.
“Ninsabu kuntenti li Radja kkommetta l-futur tiegħu u l-aktar snin importanti tal-karriera ma’ dan il-klabb. Fl-istaġun li għadda, kien fost l-aqwa midfielders fid-dinja u mhux sorpriża li kien qed jissemma li seta’ jingħaqad ma’ uħud mill-akbar klabbs fl-Ewropa. Iżda qatt ma kien hemm dubju li sejjer x’imkien, għaliex iħobb lil Roma u aħna nieħdu pjaċir li jkollna lilu magħna,” qal il-President tal-klabb James Palotta.
//= $special ?>