Lokali Qorti

Omm tixhed kif kienet se tinħaraq ħajja

Omm żagħżugħa xehdet fil-qorti kif għal ftit ma nħarqitx ħajja barra mid-dar tagħha f’Ħaż-Żabbar aktar kmieni dan ix-xahar.

Michelle Camilleri xehedt fil-proċeduri kriminali kontra Alvin Pullicino ta’ 26 sena li taħdem fl-industrija tal-films u Gavin Spagnol ta’ 21 sena, impjegat mal-ETC. Huma jinsabu akkużati li pparteċipaw fl-attent ta’ qtil u ħruq li seħħ fil-21 ta’ Lulju.

Fil-qorti kien spjegat r-rivalita kbria bejn iż-żewġ familji f’Ħaż-Żabbar fejn Pullicno kien il-missier tat-tifla ta’ oħt il-vittma.

Ix-xhud qalet li kif dakinhar tal-inċident, wara ġurnata xogħol f’ħanut tal-familja fix-Xgħajra il-koppja u ż-żewġ uliedhom ta’ tlieta u 10 snin kienu fi treiqhtom għall-bandli.

Gavin Spagnol saq ħdejn Pullicino, li kellu landa petrol li beda jitfagħha fuq il-karozza tal-vittma. Il-mara ħarġet tgħajjat waqt li Pullicino pprova jixgħella l-lighter ma’ sidirha.

Fortunatament il-lighter bdiet tiżloq minn bejn idejh. Hu beda jhedddiha li se joqtolha u li mhux se jieqaf qable joqtol wieħed minnhom.Pullicino kien armat b’katina.

Ir-raġel tagħha Jean Paul Camilleri ikkofenrma x-xhidea ta’ martu filwaqt li fil-qorti ingħataw dettalji dwar il-kwistjonijiet bejn il-familji. Jirriżulta li t-tifel ta’ 10 snin għadu trawmatizzat bil-każ tant tli għadu jistaqsi lil ommu meta l-aggressuri se jiġu għalihom.