Internazzjonali

PANAMA PAPERS: Il-Prim Ministru tal-Pakistan jirriżenja wara deċiżjoni tal-Qorti

Deċiżjoni wara inkjesta li ilha għaddejja mill-2015

Il-Prim Ministru tal-Pakistan Nawaz Sharif irriżenja mit-tmexxija tal-pajjiż wara li l-Qorti Suprema sabitu ħati f’każ ta’ korruzzjoni li jinvolvi kumpaniji sigrieti imsemmija fil-Panama Papers.

Il-każ ħareġ fil-beraħ sentejn ilu wara li isem il-familja Sharif deher fil-Panama Papers. Wara, irriżulta li t-tfal tal-Prim Ministru kellhom kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Il-verdett tal-Qorti kien wieħed unanimu.

Wieħed mill-Imħallfin stqarr li Sharif ma kienx eleġibbli aktar li jitqies Membru Parlamentari onest u għalhekk irid iwarrab.