Lokali

“Qed nistennew li jseħħ inċident”

Ritratti li rċieva dan is-sit juru is-sitwazzjoni preżenti fi Vjal l-Avjazzjoni Ċivili f’Ħal Luqa fejn ġew imblokkati l-bankini b’barrikati kbar tal-konkos. Dan sar sakemm isiru xi xogħlijiet fl-imsemmija triq, illi hija biswit l-ajruport internazzjonali.

Jidher illi l-kuntrattur li qed jagħmel dan ix-xogħol ma provdiex alternattiva għan-nies li jkunu jridu jużaw il-bankina.

Ir-ritratti fil-fatt juru anke nies li għadhom kif waslu mill-ajruport qedgħin jaqsmu f’nofs ta’ triq.

“Qed nistennew li jseħħ xi inċident. Imbgħad min se jerfa’ r-responsabbilta'”, stqarr magħna persuna li kiteb lil dan is-sit.