Għawdex Lokali

Tliet impjegati sospiżi mill-Ministeru ta’ Għawdex

Tliet impjegati tal-Ministeru ta’ Għawdex ġew sospiżi minħabba allegat ta’ irregolaritajiet f’tenders ta’ kostruzzjoni ta’ toroq.

Ir-rapporti kienu bdew isiru f’Novembru tal-2013 fuq allegat irregolaritajiet mill-2004 ‘l hawn.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li qed jikkopera mal-Pulizija, li ngħataw aċċess sħiħ biex jelevaw kompjuters u dokumenti ta’ tliet impjegati taċ-Ċivili li qed isiru l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħhom.

Dwar dan il-każ saret inkjesta Maġisterjali.