Elezzjoni Kap PN Lokali

80% tal-immigranti huma immigranti ekonomiċi

Il-Problema tal-Immigrazzjoni hi problema li pajjiżna qed jaffaċja u għalhekk irid jinirizzaha. Tant hu hekk li tmenin fil-mija tal-immigranti li jiġu f’pajjiżna dawn huma immigranti li jiġu bi skop ekonomiku.

Saħaq dan il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli.

Hu qal li din hi problema li Malta ma tistax issolvi waħedha u għalhekk jemmen li għandu jkun hemm ripatriazzjoni ta’ dawn l-immigranti.

Frank Portelli qal li dan il-pass jemmen fih għaliex ladarba huma ġew biss għal skop ekonomiku, biex isibu ħajja bi kwalità aħjar dan ma jfissirx li f’pajjiż dawn in-nies hemm xi tip ta’ periklu fuq ħajjithom.

Frank Portelli sostna li din hi problema għad-Dinja kollha u Malta żgur li ma tistax issolvi l-problema li jġib miegħu il-fenomenu tal-Immigrazzjoni.