It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena ikkwalifika għall-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-FIBA hekk kif fis-semifinali għeleb lil Wales bi skor ta’ 61-33.
It-tim immexxi minn Sandro Farrugia iddomina għal ħinijiet twal biex rebaħ il-konfront u issa jilgħab fil-finali ta’ Division C. Dan il-kampjonat qed isir f’Ġibilta’.
Fil-finali l-Maltin se jilagħbu kontra min jirbaħ bejn l-Armenja u l-Ġorġja.
//= $special ?>