Skont il-manager ta’ Chelsea, Antonio Conte, t-tim tiegħu hu l-akbar favorit li jirbaħ il-Premiership Ingliż. Conte qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn qal li minkejja li l-klabbs l-oħra nefqu flus kbar, il-Blues xorta waħda huma dak it-tim li kulħadd irid jirbaħlu.
Fl-istaġun li għadda Conte, fl-ewwel sena fit-tmexxija ta’ Chelsea għen lit-tim jirbaħ il-kampjonat hekk kif spiċċa seba’ punti fuq l-eqreb rivali Tottenham. Minn 38 logħba dawn rebħu 30.
“Fl-istaġun li ġej se tkun aktar diffiċli għalina nirrepetu s-suċċess li kellna imma bħala champions nibdew bħala l-favoriti. Fl-Ingilterra matul dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna sorpriżi u b’hekk iridu nkunu attenti u nuru risġett lejn kull tim. Is-suċċess li kisbu Leicester juri li kulħadd kapaċi jirbaħ it-titlu,” qal Conte fl-ewwel kummenti tiegħu.
Sa issa Chelsea akkwistaw lil Alvaro Morata, Tiemoue Bakayoko, Antonio Rudiger u lil Willy Caballero għal somma totali ta’ madwar 130 miljun lira sterlina.
Conte wissa lil dawn il-plejers li hu ferm importanti li jidraw malajr kemm jista’ jkun is-sistema tiegħu.
Il-kampjonat tal-Ingilterra jibda fit-12 ta’ Awwissu li ġej.
//= $special ?>