Il-koppja tal-Ferrari Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen se jibdew mill-ewwel żewġ postijiet fil-Grand Prix li se jsir il-Ħadd fl-Ungerija.
Dan se jkun l-aħħar Grand Prix qabel il-waqfa tas-sajf.
Is-sewwieq tal-Mercedes Valtteri Bottas qed ikompli jimpressjona u l-Ħadd se jibda mit-tielet post filwaqt li l-Ingliż tal-Mercedes, Lewis Hamilton se jibda mir-raba’ post wara li kellu problemi bit-tyres.
Bħalissa Hamilton qiegħed punt taħt Vettel b’dan tal-aħħar jokkupa l-ewwel post fil-klassifika ġenerali.
Kif se jibdew:
1. Sebastian Vettel
2. Kimi Raikkonen
3. Valtteri Bottas
4. Lewis Hamilton
5. Max Verstappen
6. Daniel Ricciardo
7. Nico Hulkenberg
8. Fernando Alonso
9. Stoffel Vandoorne
10. Carlos Sainz