Id-DJ rinomat Joven Grech, magħruf aħjar bħala Tenishia llejla jpaxxi lil eluf ta’ żgħażagħ hekk kif ikompli l-festival rinomat fuq livell dinji, Tomorrowland fil-Belġju.
Din se tkun il-ħames darba li Tenishia jgħolli l-bandiera ta’ Malta fuq palk ta’ livell hekk għolji fid-dinja tad-DJing.
Hu se jkun flimkien ma’ DJs ta’ livell mondjali, li f’kummenti lil Net News iddeskrivihom bħala l-idoli tiegħu fil-passat, li llum-il ġurnata qed idoqq f’festivals rinomati magħhom.
Lil Net News, Joven Grech qalilna li apparti s-sodisfazzjoni personali, jaf li qed iġorr ukoll isem Malta u għalhekk iħoss ukoll responsabbiltà li jagħti dak kollu li jaf u jkompli jpaxxi liż-żgħażagħ bit-talenti tiegħu.
//= $special ?>

