Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ħatar lill-eks Ġeneral tal-morini, John Kelly, bħala l-Kap tal-Istaff ġdid tiegħu.
Kelly, li s’issa kien qed imexxi lid-Dipartiment għas-Sigurtà Interna ( Homeland), qed jieħu post Reince Priebus, li rriżenja jumejn ilu minn Kap tal-Istaff wara taħditiet ma’ Donald Trump.
Reince Priebus kien ilu taħt pressjoni mindu Anthony Scaramucci, id-direttur ġdid għall-komunikazzjonijiet mal-Presidenza, akkużah bħala ‘sors potenzjali għall ħruġ ta’ informazzjoni sensittiva lill-istampa’.
Meta tkellem dwar ir-riżenja tiegħu, Priebus qal li l-President Trump xtaq jaqbad ‘direzzjoni differenti’, bir-rapporti jgħidu li John Kelly għandu jibda fil-kariga ġdida min-nhar it-Tnejn.
//= $special ?>